|
Fil-ġranet li għaddew beda jiżżarma l-iscaffolding li għal din l-aħħar sena kien jinsab mal-faċċata tal-Każin sabiex isir ir-restawr fuq il-ġebla tal-istess faċċata. S’issa tneħħiet il-parti ta’ fuq fejn sal-Festa ta’ San Lawrenz mistenni li jkun iżżarma kollu biex eżattament wara l-Festa jkompli x-xogħol fuq il-parti t’isfel tal-faċċata u l-gallarija tal-injam. Huwa ttamat li sa’ tmiem din is-sena l-Faċċata tkun inawgurata b’mod uffiċjali. Il-meravilja ta’xogħol u ġmiel ta’ faċċata jitkellmu waħidhom. |