TNEHDIJA TA’ USB ALBUM B’ANTIFONI U INNIJIET LAWRENZJANI

 


Nhar is-Sibt 24 ta’ Frar 2024, is-Soċjetà Mużikali San Lawrenz ser tniehdi USB Album tal-Innijiet u Antifoni Lawrenzjani. F’dan l-album ser ikun hemm 24 silta mużikali dedikata lil San Lawrenz.

It-tnehdija ser issir fil-Youth Centre fis-7.30pm u ser tkun animata mill-bandisti u l-allievi tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz kif ukoll minn dokumentarju awdjo-viżiv. Din il-USB ser tkun qed titqassam b’xejn lil dawk kollha li jridu kopja fuq bażi ta’ first come first served.

B’hekk ikun wasal fit-tmiem tiegħu il-proġett ‘Insaħħu l-Patrimonju Mużikali Malti’, li ġie ffinanzjat permezz tal-Proġett VOPS 2023, mmexxi mill-Malta Council for the Voluntary Sector, f’isem il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat.