Nhar is-Sibt 17 ta’ Diċembru 2022 ġie mniedi l-ktieb il-ġdid tas-Soċjetà ‘Palazzo Huesca – Soċjetà Mużikali San Lawrenz’. Dan il-ktieb jagħti ħarsa dettaljata lejn l-istorja ta’ dan il-Palazz kif imwaħħda ma’ dik tal-banda, fl-okkażjoni tal-100 sena anniversarju mix-xiri ta’ dan il-Palazz.
Dan il-ktieb, li qed jiġi ppublikat bil-Malti u bl-Ingliż, ser ikun qed jiġi mqassam b’xejn fil-jiem u ġimgħat li ġejjin. Din il-publikazzjoni hija parti mill-proġett VOPS amministrat mill-Malta Council for the Voluntary Sector f’isem il-Ministeru Għall-Inklużjoni, Il-Volontarjat u D-Drittijiet Tal-Konsumatur.
Awtur: George Agius
Disinn u ritratti: Pierre Balzia
Qari tal-Provi u Traduzzjoni: Roberta Saliba