USB Drive b’kollezzjoni ta’ Marċi Funebri mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz

Is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz tħabbar xi ħaġa innovattiva għall-Baned Maltin. Ippubblikat għall-ewwel darba minn Banda Maltija album ta’ marċi funebri mit-Tielet Millenju fuq USB Flash Drive. Pakkett uniku għall-prezz speċjali u inizjali ta’ €15 fejn fih id-dettalji tal-marċi, l-USB Drive u biro tal-okkażjoni. Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz dejjem bl-aqwa u bl-aħjar. Proġett ieħor kreattiv fl-okkażjoni tal-135 Sena Anniversarju fejn il-Banda tal-Birgu dejjem tkun l-ewwel u innovattiva fl-ideat. Kun zgur li tordna l-kopja tiegħek immedjatament peress li l-istock huwa limitat fuq il-paġna tagħna ta’ facebook , email fuq music@stlawrencebandclub.com jew fuq 9942 8597.