Ġurnata fi Sqallija

Nhar is-Sibt 25 ta’ Ġunju, il-Kummissjoni Soċjali fi ħdan is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz tal-Belt Vittoriosa ser tkun qed torganizza ġurnata fi Sqallija. Dan ser tkun it-tielet ħarġa f’din is-sensiela wara li l-Kummissjoni organizzat ħarġiet għall-Mellieħa u Għawdex. F’din il-ġurnata ġewwa Sqallija, il-grupp Vittorjosan mistenni jżur is-Suq ta’ Catania, Taormina u diversi siti storiċi, Porte di Catania u fuq kollox iċ-Ċentru Kummerċjali ta’ Auchan, fejn hemm iktar minn 150 ħanut. Il-vjaġġ lejn Sqallija u lura lejn Malta ser isir bil-katamaran Jean De La Vallette. Il-prezz li jinkludi kollox hu ta’ € 115 u tfal taħt l-14 il-sena jħallsu € 40. Tfal taħt l-4 snin ikunu b’xejn. Għal iktar dettalji nistedinkom taraw il-Poster u tavviċinaw lil xi membru tal-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali.