Żjara mill-Banda San Ġorġ ta’ Bormla fl-okkażjoni tal-150 sena mit-twaqqif tagħha

Nhar il-Ħadd 26 ta’ Frar, delegazzjoni mill-Kumitat tal-Banda San Ġorġ ta’ Bormla żaret il-Każin tas-Soċjeta` Mużikali Sa nLawrenz bit-Tazza tal-Ħbiberija, attivita` li qed tiġi organizzata mis-Soċjeta` Bormliża fl-okkażjoni tal-150 sena mit-twaqqif tagħha. Kienet attivita` ferm sabiħa, fejn iż-żewġ Soċjetajiet ġeddew il-ħbiberija tagħhom, u flimkien ferħu fl-okkażjoni ta’ dan l-anniversarju hekk importanti. Minn hawn nawguraw lill-Banda San Ġorġ ta’ Bormla kull suċċess matul din is-sena u anke fil-ġejjieni.