‘Vittoriosa Kids Music Centre’ – Is-Soċjeta’ tibbenefika minn fondi għall-Għaqdiet volontarji


Nhar it-Tnejn 27 ta’  Frar, 2017 saret iċ-ċerimonja tal-għoti tal-fondi mill-iskema tas-SIS ( Small Initiative Scheme). Is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz ibbenefikat minn din l-iskema permezz tal-proġett’Vittoriosa Kids Music Centre’ fejn sejrin inkunu qegħdin nagħmlu tibdil u rinovazzjoni fis-Sala tal-Kunċerti u tagħlim mużikali. Primarjament sabiex din is-Sala tkun akustikament tajba filwaqt li tkun ukoll tappella għat-tfal. Fil-fatt fil-ġimgħat li ġejjin ser jibda x-xogħol fuq is-suffitt u d-dwal biex imbagħad ikun imiss li jsir ix-xogħol ta’ tibjid u l-aħħar irtokki li jkomplu jsebbħu din is-Sala.