Ċerimonja ta’ għotjiet mill-Aġenzija Żgħażagħ

Is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz bi pjaċir tħabbar li għal sena oħra ikkwalifikat għall-fondi mill-Aġenzija Żgħażagħ fejn bi proġett li jġib l-isem ‘ The Vittoriosa Kids Music Centre – Kontinwita’ ser tkun qegħda tinvesti aktar fil-banda u b’mod partikolari fit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna. Fil-fatt nhar il-Ħamis 23 ta Frar, 2017 delegazzjoni mill-Kumitat tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz attendiet għaċ-ċerimonja tal-għotjiet li saret mill-Aġenzija Żgħażagħ f’Santa Venera.