FESTI 100 SENA PALAZZO HUESCA – ŻJARA MILL-E.T. PRESIDENT TA’ MALTA

Fil-jum tal-bieraħ it-Tlieta 19 ta’ Lulju 2022, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz għamlet marċ tul Triq il-Mina l-Kbira fejn mal-wasla quddiem Palazzo Huesca, laqgħat lill-E.T. President ta’ Malta George Vella bid-daqq tal-Innu Malti. Wara, il-President ta’ Malta kixef rħama komemorattiva li ġiet mbierka mill-Wisq Rev. Arċipriet Kan. Karm Busuttil. Is-serata kompliet bi żjara fis-swali ta’ Palazzo Huesca, u riċeviment fis-sala prinċipali.

Fil-Jum li propju 100 sena ilu ġie ffirmat il-kuntratt tal-akkwist, saret ċelebrazzjoni mill-isbaħ li ġabet fit-tmiem il-qofol ta’ dawn il-festi. L-attivitajiet ser ikomplu fil-ġimgħat u x-xhur ta’ wara l-Festa.

Nħarsu ‘l quddiem sabiex fil-jiem tal-festa nilqgħu lill-familja palmiża fid-Dar Lawrenzjana, Palazzo Huesca.