IL-BANDA VITTORIOSANA SAN LAWRENZ B’SERVIZZ FIL-FESTA TAL-MADONNA TAL-KARMNU FIŻ-ŻURRIEQ

 

Il-Ħamis 21 ta’ Lulju 2022, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz kompliet bis-servizzi ta’ stedin ġewwa Festi oħra. Fil-fatt, il-banda għamlet servizz ġewwa ż-Żurrieq għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu fuq stedina tal-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, Żurrieq fejn sar marċ brijuż mat-toroq prinċipali u wara ingħaqdet fuq il-planċier mal- Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar AD 1883 fost il-briju tal-partitarji Karmelitani.