AWGURI LILL-PRESIDENT ONORARJU FRA JOHN EDWARD CRITIEN GĦALL-ĦATRA TIEGĦU BĦALA GRAN PRIJUR TAL-ORDNI

 

 

 

Il-Kumitat tas-Soċjetà Mużikali San Lawrenz, Belt Vittoriosa jifraħ lil Fra John Edward Critien għall-ħatra tiegħu bħala l-Grand Priore tal-Ordni.

Fra John huwa President Onorarju tas-Soċjetà tagħna fejn ilu l-Kavallier residenti fil-Forti Sant’ Anġlu mis-sena 2000.

F’isem il-President, Membri tal-Kumitat, Bandisti u Membri tas-Soċjetà kif ukoll il-Vittoriosani kollha Awguri.