L-EMINENZA KARDINAL PETER TURKSON GĦALL-FESTA TA’ SAN LAWRENZ FIL-BELT VITTORIOSA

 

 

 Jum l-10 t’ Awwissu 2023, nhar il-Festa tal-Patrun tal-Belt Vittoriosa San Lawrenz, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz laqgħet lill-Eminenza Kardinal Peter Turkson flimkien mal-Arċipriet u s-Sindku tal-Belt Vittoriosa fid-daħla tal-Birgu u akkumpanjathom b’marċ sal-Knisja Kolleġġjata u Konventwali ta’ San Lawrenz.