CHRISTMAS CONCERT 2023

Nhar l-Erbgħa 13 ta’ Diċembru 2023, is-Soċjetà Mużikali San Lawrenz tellgħet Kunċert tal-Milied fil-Knisja ta’ San Lawrenz fil-Birgu. Quddiem attendenza numeruża, il-bandisti u l-allievi tal-post wasslu diversi għanjiet mill-isbaħ taħt id-direzzjoni tal-għalliem Rene Barbara li dderieġa l-banda u l-għalliema Garison Bonnici, Roberta Pisani Mercieca u Melanie Mizzi li mexxew lill-allievi fis-solo pieces u bħala grupp mal-banda.