CHRISTMAS EPIPHANY PARTY – IS-SIBT 6 TA’ JANNAR 2024

 

Il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjetà Mużikali San Lawrenz Soċjetà Mużikali ser torganizza Party tal-Milied fis-Sala Prinċipali ta’ Palazzo Huesca nhar is-Sibt 6 ta’ Jannar 2024. Għal aktar dettalji u biex tirriserva post wieħed jista’ jagħmel kuntatt mal-membri tal-Kumitat. Il-prezz, li jinkludi finger food u open bar, huwa ta’ €15 għall-membri u bandisti u €20 għal dawk li m’humiex.