Aktar fondi mill-iskema VOPS

Is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz għada kemm ibbenefikat minn fondi taħt l-iskema VOPS liema flus huma parti minn proġett b’investiment taħt l-isem ‘The Vittoriosa Kids Music Centre Goes Interactive’.

Dan il-proġett huwa immirat għat-taghlim mużikali, fejn fost l-oħrajn jinxtara ipad u dik li tissejjaħ otterbox biex tkun għall-użu sigur, white board interattiv u sħubija għal sena f’dik li tissejjaħ smart music. Iċ-cerimonja tal-iffirmar tal-kuntratt saret nhar il-Ħamis 28 ta’ Frar, 2019 fl-Universita l-Antika, il-Belt Valletta.