La Sollevazione di Cristo – Is-Sibt 13 t’April, 2019 fl-Istitut Kattoliku

 

Nhar is-Sibt 13 t’April, 2019 il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun qed tieħu sehem flimkien ma’ baned oħra fil-programm ‘La Sollevazione di Cristo’.  Kunċert ta’ marċi funebri minn Maestro Antonino Oddo imtella’ mis-Soċjeta’ Filarmonika Nazzjonali La Vallette fl-Istitut Kattoliku, Floriana.  Il-programm jibda fis-7.30pm fejn biljetti għal dan il-kunċert jistgħu jinkisbu minn Palazzo Huesca għall-prezz ta’ €10. B’dan il-prezz apparti li wieħed jista jattendi għal dan il-kunċert storiku jingħata CD uffiċjali ta’ marċi funebri komposizzjoni ta’ Antonino Oddo.