Nhar il-Ħadd 24 ta’ Marzu, 2019 ser isiru żewġ Laqgħat Ġenerali għall-elezzjoni tal-Kumitat Ċentrali tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz għas-snin 2019/2020.
Fl-10am ser issir Laqgħa Ġenerali għall-Bandisti u Membri Propjetarji fejn iridu jiġu eletti President, Viċi President, Segretarju, Kaxxier, Delegat tal-Banda, Arkivista u Deputat.
Fil-11am issir Laqgħa Ġenerali għall-Membri sabiex jiġu eletti Assistent Segretarju, Assistent Kaxxier u erba’ rappreżentanti tal-Membri.
Il-Bandisti u l-membri tas-Soċjeta’ huma mħeġġa li jattendu.