Nhar is-Sibt 16 ta’ Lulju 2022, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser ittella’ Akkademja Mużikali fil-Knisja Kolleġġjata u Konventwali ta’ San Lawrenz fil-Birgu, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet li qed ifakkru il-100 sena mix-xiri ta’ Palazzo Huesca.
Flimkien mal-banda, li ser tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro Jonathan Abela, ser jingħaqad l-Amadeus Chamber Choir speċjalment waqt l-Innu l-Kbir lil San Lawrenz, kompożizzjoni tal-ex Surmast tal-Banda Hector H. Dalli, li propju din is-sena qed jagħlaq 50 Sena minn meta indaqq l-ewwel darba.
L-Akkademja Mużikali tibda fis-7.00pm.