IKLA FAMILJARI FUQ IZ-ZUNTIER TAL-KNISJA – IL-ĠIMGĦA 15 TA’ LULJU, 2022

 

Il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjetà Mużikali San Lawrenz ser torganizza Ikla Familjari nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Lulju, 2022 fuq iz-zuntier tal-Knisja mit-8pm ‘il quddiem. Din l-ikla ser tkun parti mill-attivitajiet speċjali li ser jikkommemoraw il-100 sena anniversarju mix-xiri ta’ Palazzo Huesca.

L-ikel jikkonsisti f’Għaġin bħala starter u għażla minn Laħam, Ħut jew Tiġieġ bħala Main Course flimkien mad-deżerta.

Il-prezz ser ikun ta’ €15. Booking mingħand is-Sur Eugenio Pellicano fuq 7961 7288 jew xi membru tal-Kummissjoni.