Tmiem il-Ġimgħa impenjattiva għall-Banda tal-Birgu

Nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Ġunju u s-Sibt 25 ta’ Ġunju 2022, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz kompliet bis-servizzi fil-parroċċa u ta’ stedin ġewwa Festi oħra.
Fil-fatt, il-Ġimgħa akkumpanjat il-purċissjoni tal-Qalb ta’ Ġesu fil-Birgu. Is-Sibt, il-banda għamlet servizz ġewwa Burmarrad għall-festa tal-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija, fuq stedina tal-Kummissjoni – Festa Qalb bla Tebgha ta’ Marija, Burmarrad fejn sar marċ qasir u wara programm mużikali quddiem il-knisja.
Il-banda kienet taħt id-direzzjoni ta’ Andrew Lawrence zarb, bandist tal-post.