Il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz ser torganizza Ikla Familjari nhar is-Sibt 18 ta’ Ġunju, 2022 fuq iz-zuntier tal-Knisja mit-8pm il-quddiem.
L-ikel jikkonsisti f’Għaġin bħala starter u għażla minn Laħam, Ħut jew Tiġieġ bħala Main Course flimkien mad-deżerta u tazza nbid.
Il-prezz ser ikun ta’ €15. Booking mingħand is-Sur Eugenio Pellicano fuq 7961 7288 jew xi membru tal-Kummissjoni.