Aktar attivitajiet Soċjali

20151023_212105 Nhar il-Ġimgħa 23 t’Ottubru, 2015 il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Sooċjeta’ Mużikali San Lawrenz orgranizzat Ikla Familjari f’El Catalan Restaurant, ix-Xgħajra. Kienet attivita’ oħra li minbarra li tkompli tgħin lis-Soċjeta’ finanzjarjament laqqatna flimkien f’atmosfera soċjevoli. Il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali issa ser torganizza Buffet Night f’Palazzo Huesca nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Novembru, id-Dinner Dance tal-Milied is-Sibt 12 ta’ Diċembru fil-Preluna Hotel u l-Party tal-Milied fil-Każin nhar it-Tn ejn 28 ta’ Diċembru. Għal aktar dettalji għamlu kuntatt mas-Sur Eugenio Pellicano fuq 7961 7288.