Antonino Oddo jżur Palazzo Huesca

Il-kompożitur ta’ fama, it-Taljan Antonino Oddo żar Palazzo Huesca nhar Ħamis ix-Xirka fejn ġie milqugħ mill-President u membri tal-Kumitat tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz. Huwa ġie mdawwar madwar il-Palazz fejn seta’ jsegwi l-preparamenti għas-servizz tal-Ġimgħa l-Kbira filwaqt li baqa impressjonat bl-arkivju mużikali rikk li tippossjedi l-Banda Vittoriosana San Lawrenz. Filwaqt li ffirma l-ktieb tal-viżitaturi huwa rregala lis-Soċjeta’ kopja tal-marċi funebri tiegħu. Mill-banda l-oħra s-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz irregolat lis-Surmast Taljan kopja tal-USB drive tal-marċi funebri li ppubblikat din is-sena. Oddo huwa mistieden hawn Malta tas-Soċjeta’ Filarmonika Nazzjonali La Vallette.