Attivita` għax-Xahar ta’ Lulju

Is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz ser tkun impenjata b’dawn l-attivitajiet tul ix-xahar ta’ Lulju 2011.
Il-Ġimgħa 1 ta’ Lulju Festa tal-Qalb ta’ Ġesu` Sehem tal-Banda San Lawrenz fil-Proċessjoni Sagramentali.
Is-Sibt 2 ta’ Lulju One Day Snooker Doubles Tournament organizzat mis-Sezzjoni Żgħażagħ
It-Tnejn 4 ta’ Lulju Fis-7.00 pm Laqgħa tal-Kummissjoni Billiard
It-Tlieta 5 ta’ Lulju Fis-6.30 pm Laqgħa tal-Kumitat Ċentrali
Il-Ġimgħa 8 ta’ Lulju Festa tal-Qalb ta’ Ġesu` fiż-żona tal-Ħawli. Sehem tal-Banda San Lawrenz.
It-Tnejn 11 ta’ Lulju Fis-6.30 pm Seminar organizzat mill-Għaqda Każini tal-Banda dwar it-tagħlim tal-Mużika
Il-Ħadd 17 ta’ Lulju Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz takkumpanja lill-Wisq Rev. Arċipriet Kan. Joe Cilia sal-Knisja Kolleġġjata u Konventwali ta’ San Lawrenz fl-okkażjoni tal-Pussess tiegħu
L-Erbgħa 20 ta’ Lulju Fis-6.30 pm Kunċert tal-Banda
Il-Ġimgħa 22 ta’ Lulju Fit-8.00 pm BBQ ġewwa d-Danish Village il-Mellieħa
Il-Ħadd 24 ta’ Lulju Sehem tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz fil-Festa ta’ Kristu Re ġewwa Raħal Ġdid
It-Tlieta 26 ta’ Lulju Fis-6.30 pm Kunċert tal-Banda
L-Erbgħa 27 ta’ Lulju Fis-6.30 pm Laqgħa tal-Kumitat Ċentrali
Il-Ħamis 28 ta’ Lulju Sehem tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz fil-Festa tal-Madonna tal-Karmnu ġewwa l-Balluta
Il-Ġimgħa 29 ta’ Lulju Fis-6.30 pm Kunċert tal-Banda
Jingħata bidu tal-armar tal-Planċier Artistiku
Il-Ħadd 31 ta’ Lulju Fit-8.30 pm Marċ tal-Mota tan-Novena ta’ San Lawrenz mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz