Attivitajiet fl-okkażjoni tal-Ewwel Erbgħa f’ġieh San Lawrenz

Nhar it-Tlieta 22 ta’ Mejju, 2018 fl-okkażjoni tal-Ewwel Erbgħa ta’ San Lawrenz mit-8.30pm il-quddiem ser jiġi organizzat Red Party fil-bitħa ta’ Palazzo Huesca, sede tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz. Kulħadd huwa mistieden sabiex flimkien nibdew niċċelebraw il-ftuħ tal-Festa 2018. Prezz: €5 li jinkludi welcome drink u finger food.

U bħalma jsir ta’ kull sena l-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjeta’ ser tkun qed torganizza Ikla Familjari fl-okkażjoni tal-Ewwel Erbgħa ta’ San Lawrenz, fuq iz-Zuntier tal-Knisja taħt il-kampnar nhar il-Erbgħa 23 ta’ Mejju, 2018 mit-8pm il-quddiem. Il-prezz ser ikun ta’ € 15 u dan jinkudi Pasta bħala Starter, Laħam, Tiġieġ jew Ħut bħala Main Course flimkien mad-deżerta u tazza inbid.

Kull min huwa interessat li jattendi għandu javviċina lis-Sur Eugenio Pellicano fuq 7961 7288 jew lis-Sur Noel Gauci fuq 9945 5023 . Importanti li taħsbu kmieni biex ma toħorġux diżappuntati.