Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz b’impenn doppju fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet

Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz kellha mpenn doppju fi tmiem  il-ġimgħa hekk kif nhar is-Sibt 28 ta’April permezz tal-Brass Quintet taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela ħadet sehem fiċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni tal-kwadru titulari.

Il-Ħadd 29 t’April il-Banda bdiet marċ minn Triq Boffa fejn wasslet lill-Wisq. Rev. Arċipriet il-Kanonku Karm Busuttil sal-Knisja Kolleġġjata u Konventwali ta’ San Lawrenz fejn hemmhekk ħa l-pussess ta’ Kanonku u Aċripriet tal-Parroċċa ta’ San Lawrenz.