BBQ fil-Mellieħa Holiday Complex

Nhar Il-Ġimgħa 26 t’Awwissu 2011 ġie organizzat BBQ grandjuż fil-Mellieħa Holiday Complex mill-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali tas-Soċjeta` Mużikali Banda Vittoriosana San Lawrenz. Għal dan il-BBQ attendew numru sabiħ ta’ membri u sapporters tal-każin, fejn f’atmosfera familjari kilna, xrobna u ddevertejna flimkien. Dan kien ittieni BBQ fl-istess post wara li kien sar ieħor f’Lulju, u b’wiċċna minn quddiem ngħidu li għat-tieni BBQ l-attendenza żdiedet. Dan jawgura tajjeb għall-istaġun tax-xitwa, fejn il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali tinsab għaddejja bi preparamenti meħtieġa għal numru t’attivitajiet.