BBQ Suċċess

Il-Ġimgħa 22 ta’ Lulju il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz tal-Belt Vittoriosa organizzat BBQ suċċess fid-Danish Village il-Mellieħa. L-attendenza għal din l-attivita` kienet waħda tajba ħafna u żgur tawgura tajjeb għall-futur ta’ dawn l-attivitajiet. Fuq kollox spikkat l-atmosfera familjari u ta’ ħbiberija bejn dawk li attendew, u fost l-ambjent mill-isbaħ u l-entertainment preżenti, kienet lejla li ħa pjaċir biha kulħadd. Il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali tħabbar ukoll linhar il-Ġimgħa 26 t’Awwissu ser issir attivita` oħra simili fl-istess post. Iktar ritratti tal-BBQ tal-Ġimgħa 22 ta’ Lulju tistgħu ssibuhom fis-sezzjoni Gallery ta’ dan is-sit.