Birgu Spring Concert 2019

 

 

Programm annwali ieħor suċċess mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz hekk kif il-bieraħ fit-Torri ta’ San Ġwann tellgħet il-Birgu Spring Concert.

Taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela l-Banda tal-Birgu esegwiet diversi xogħlijiet impenjattivi fosthom kompożizzjoni tal-Bandist tal-Post Andrew Zarb, arranġament tas-Surmast Jonathan Abela, xogħolijiet ta’ Verdi, Whitney, Waldteufel u Moss.

Il-pubbliku numeruż li attenda għal dan il-Kunċert Annwali kellu kliem ta’ tifħir fejn il-livell li ntleħaq   kompla jikkonferma kemm il-Banda Vittoriosana San Lawrenz hija l-Banda tal-Birgu u mill-ewlenin f’pajjiżna.