Illum l-Ewwel Erbgħa ta’ San Lawrenz

Illum huwa Jum l-Ewwel Erbgħa, l-ewwel minn għaxar Erbgħat li jwasslu għan-Novena f’ġieħ il-Patrun tal-Belt Rebbieħa, San Lawrenz. Għal din l-okkażjoni l-bieraħ indaqqet is-solitu mota li tħabbar il-ftuħ tal-Festa u wara Red Party fil-bitħa ta’ Palazzo Huesca.

Illejla ser issir Pasta Night fil-Youth Centre li ser tkun organizzata bejn il-Kumitat tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz u l-Kumitat Festi Esterni San Lawrenz. Bidu kbir għall-Festa 2019.