Nhar is-Sibt 17 ta’ Settembru 2022, saret Brass Masterclass għall-istudenti u l-mużiċisti tar-ramm tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz.
Din l-inizjattiva parti mill-proġett it-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda, ffinanzjat mill-Aġenzija Żgħażagħ bil-kollaborazzjoni tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda.