Nhar is-Sibt 24 ta’ Settembru 2022, saret Woodwind Masterclass għall-istudenti u l-mużiċisti tal-injam tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz.
Din l-inizjattiva parti mill-proġett it-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda, ffinanzjat mill-Aġenzija Żgħażagħ bil-kollaborazzjoni tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda.