Cauchi jirbaħ il-Be Birgu Snooker Competition

20160429_194149 Nhar il-Ġimgħa 29 t’April, 2016 saret il-finali tal-Be Birgu Snooker Competition bil-finalisti jkunu Brian Cauchi u Mark Spacey. F’logħba kumbattuta li ntlagħbet f’Sala mimlija bin-nies kien Brian Cauchi li ħareġ rebbieħ 2-0. Fi tmiem din il-finali sar diskors mill-President tas-Soċjeta’ s-Sur Lawrence V. Farrugia filwaqt li Ed Schoebben f’isem Be Birgu Ltd. għamel il-presentazzjonijiet lill-finalisti. Wara sar riċeviment għall-parteċipanti.