Il-Kummissjoni Billiard fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz ser torganizza l-‘Christmas Snooker Tournament’. Il-logħob jintlagħab fuq l-aqwa minn tlett frames bid-data tal-għeluq tkun is-Sibt 24 t’Ottubru, 2020 hekk kif l-għada l-Ħadd jitilgħu l-poloż ta’ din il-kompetizzjoni.
Kull parteċipant irid iħallas €5 għas-sehem tiegħu f’din il-kompetizzjoni. Kull min hu interessat għandu jikkuntattja lil Marco Zammit, Jeffrey Grixti, Lawrence Sullivan jew Leli Degiorgio.
Iridu jiġu ossservati d-Direttivi maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa speċjalment dawk tal-ilbies tal-maskri f’kull mument li persuna tkun fis-Sala tal-Billiard.