FESTI 100 SENA PALAZZO HUESCA – AKKADEMJA MUŻIKALI

 

 

 

Matul il-lejla tal-bieraħ is-Sibt 16 ta’ Lulju 2022, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz tellgħet Akkademja Mużikali fil-Knisja Kolleġġjata u Konventwali ta’ San Lawrenz fil-Birgu. Taħt id-Direzzjoni ta’ Mro Jonathan Abela, il-Banda daqqet diversi siltiet mużikali fosthom xogħol ġdid tal-istess surmast tas-Soċjetà, kif ukoll l-Innu l-Kbir lil San Lawrenz ta’ Mro Hector H. Dalli, li din is-sena għalaq 50 sena minn meta ndaqq l-ewwel darba.