Ftuħ Uffiċjali tal-Wirja Ġetsemani

Nhar il-Ħamis 29 ta’ Marzu, is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz fetħet b’mod uffiċjali il-Wirja Ġetsemani 2012. Din id-darba il-ftuħ tal-Wirja sar bi programm Mużikali mill-Banda San Lawrenz ġewwa l-Oratorju tal-Kurċifiss. Il-Banda San Lawrenz kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast Paul Schembri, fejn esegwiet programm Funebru, li kien imżewwaq b’xi siltiet mużikali sagri kif ukoll poeżiji mill-Preżentatur Ġorġ Peresso. Wara, l-Wirja nfetħet uffiċjalment mis-Sur Geert Sciot, Viċi-President tal-Brussels Airlines.