Għoti ta’ demm fl-okkażjoni tal-135 sena Banda

Bħala parti miċ-celebrazzjoni tal-135 sena mit-twaqqif tal-Banda tal-Birgu, dalgħodu saret attivita’ tal-għoti ta’ demm fil-Pjazza tal-Belt Vittoriosa. Numru ta’ membri tal-Kumitat , membri u partitarji tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz ipparteċipaw f’din l-attivita’ b’għan-nobbli fejn fiż-żmien ta’ ċelebrazzjoni wieħed jaħseb f’ħaddieħor. Grazzi mill-qalb lil kull min ipparteċipa.