Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz illejla f’Raħal Ġdid

 

Illum il-Ħadd 29 ta’ Lulju, 2018, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun qed tagħmel marċ u programm fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Kristu Re ġewwa Raħal Ġdid. Dan is-servizz jibda għall-ħabta tas-7.15pm permezz ta’ marċ qasir. Wara, l-Banda Vittoriosana San Lawrenz issellem lill-istatwa ta’ Kristu Re permezz tal-innu, u tesegwixxi programm Mużikali taħt id-direzzjoni ta’ Mro Jonathan Abela, Surmast Direttur. Dan is-servizz jispiċċa għall-ħabta tal-10.30pm.