Grazzi Lorry

 

Illum jimmarka l-aħħar jum tas-Sur Lawrence V. Farrugia bħala President tas-Soċjetà Mużikali San Lawrenz. Lorry, kif magħruf ma’ kulħadd, ħadem għal snin kbar fil-Banda Vittoriosana San Lawrenz u l-Presidenza tiegħu bdiet fl-1987. Grazzi hi l-inqas ħaġa li nistgħu ngħidu. Il-ħidma tiegħu fi ħdan il-każin ngħixuha l-ħin kollhu: Palazz Meravljuż, Banda mill-iktar popolari mimlija servizzi, Soċjetà soda.

Grazzi mill-qalb ta’ dan il-wirt meraviljuż. Il-poplu Vittoriosan, speċjalment il-familja palmiża, tirrikonoxxi ħidmietek.

Grazzi Pres!