Bjorn Callus elett President tas-Soċjetà

 

Is-Soċjetà Mużikali San Lawrenz tal-Belt Vittoriosa bi pjaċir tħabbar il-ħatra ta’ Bjorn Callus bħala President ġdid tagħha, wara li ġie elett fil-Laqgħa Ġeneral li saret iktar kmieni dalgħodu.

Bjorn Callus beda jiffrekwenta s-Soċjet Mużikali San Lawrenz bħala alliev minn età żgħira, fejn wara li sar bandist kien ukoll membru tal-Kumitat u Segretarju tas-Soċjetà għal diversi snin.

F’isem il-Kumitat elett, il-bandisti u l-membri, nawguraw ħidma mill-aqwa lill-Bjorn bħala l-President il-ġdid.