Highlights minn Jesus Chris Superstar

Nhar l-Erbgħa 13 t’April, il-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz ser tkun qed ittella’ Highlights mill-Musical Jesus Christ Superstar, li din is-sena ser jerġa’ jittella’ fis-Sala tal-Parroċċa is-Sibt 16 u l-Ħadd 17 t’April mis-Sezzjoni Żgħażagħ Palmiżi flimkien mal-Kumitat Festi Esterni San Lawrenz. Din l-attivita` ġewwa l-każin ser tagħti spazju lil dan il-grupp ta’ żgħażagħ biex juru it-talent tagħhom bħala parti wkoll mill-attivitajiet konnessi mal-ftuħ tal-Wirja Getsemani li jseħħ l-għada il-Ħamis 14 t’April.