Ikla Familjari fil-Każin – il-Ġimgħa 13 ta’ Lulju 2012

Nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Lulju, il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz tal-Belt Vittoriosa, ser torganizza ikla familjari fil-bitħa tal-Każin. Il-prezz għal din l-ikla hu ta € 10, li jinkludi Starter, Main Course b’għażla ta’ 3 platti, Deżerta kif ukoll Nbid. Għal iktar informazzjoni nistedinkom taraw il-Poster kif ukoll tavviċinaw xi membri tal-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali. Biljetti ser ikunu għand il-Kaxxier u l-Barman tas-Soċjeta`.