Ikla Familjari f’Jum il-Festa – 10 t’Awwissu 2012

Il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz ser torganizza ikla familjari f’nhar il-Festa ta’ San Lawrenz ġewwa Don Berto, fil-Vittoriosa Waterfront. Din l-ikla qed tiġi organizzata sabiex flimkien nkomplu niċċelebraw il-Festa ta’ Missierna San Lawrenz, f’atmosfera rilassanti għall-aħħar. Il-Menu komplut jinsab fil-poster. Nħeġġu lil dawk kollha nteressati li jiġu sabiex javviċinaw lis-Sur Oscar Adami.