IKLA FAMILJARI IL-ĠIMGĦA 24 TA’ NOVEMBRU 2023

 

 IKLA FAMILJARI IL-ĠIMGĦA 24 TA’ NOVEMBRU 2023
Il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjetà Mużikali San Lawrenz ser torganizza Ikla Familjari nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Novembru, 2023 ġewwa Palazzo Huesca, mit-8pm ‘il quddiem.

L-ikel jikkonsisti f’Timpana bħala starter u għażla minn braġjoli, ħut jew tiġieġ mimli bħala Main Course flimkien mad-deżerta.

Il-prezz ser ikun ta’ €18 għall-kbar u €10 għat-tfal. Booking jista’ jsir mingħand xi membru tal-Kummissjoni sa nhar l-Erbgħa 22 ta’ Novembru 2023.

Il-Kummissjoni tħabbar ukoll li l-Ikla tradizzjonali tal-Milied fis-swali prinċipali ta’ Palazzo Huesca ser issir is-Sibt 16 ta’ Diċembru 2023.