IKOMPLI L-PROĠETT INSAĦĦU L-PATRIMONJU MUŻIKALI MALTI

 

 Matul dawn l-aħħar ġimgħat, kompla l-proċess tar-recordings tal-Innijiet Lawrenzjani, hekk kif wara dak li kien sar bil-banda, issa saru wkoll is-sessjonijiet tar-recordings tal-vuċijiet. Matul il-ġimgħat li ġejjin ser ikun qed isir ukoll ir-recording orkestrali sabiex il-USB tkun mnehdija fi Frar 2024.
Dan il-proġett qed isir permezz tal-proġett VOPS 2023, mmexxi mill-Malta Council for the Voluntary Sector, f’isem il-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur.