IKLA FAMILJARI

 

 

Il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjetà Mużikali San Lawrenz ser torganizza Ikla Familjari nhar is-Sibt 15 ta’ April, 2023 fil-Każin tal-Banda, Palazzo Huesca, mit-8pm ‘il quddiem.

L-ikel jikkonsisti f’għaġin bħala starter u għażla minn majjal, ħut jew tiġieġ bħala Main Course flimkien mad-deżerta.

Il-prezz ser ikun ta’ €18. Booking jista jsir mingħand xi membru tal-Kummissjoni sa nhar l-Erbgħa 12 ta’ April 2023.