Ikla tal-Ewwel Erbgħa ta’ San Lawrenz

 

 

Il-Kumitat Festi Esterni San Lawrenz u s-Soċjetà Mużikali San Lawrenz tal-Belt Vittoriosa ingħaqdu flimkien għal ikla grandjuża tal-Ewwel Erbgħa ta’ San Lawrenz. L-ikla ser tikkonsisti f’appetizers, għażla t’għaġin differenti u deżerta. Il-Prezz għal din l-ikla li ser issir fil-Youth Centre hu ta’ €10.

Booking jista’ jsir mal-membri tal-Kumitat tal-Festa kif ukoll ma’ Eugenio Pellicano fuq 79617288. Ingħaqdu magħna f’din l-attività li tagħti bidu għat-triq li twassalna sal-Festa Titulari!