Ikla Tradizzjonali tal-Milied

Nhar is-Sibt 17 ta’ Diċembru, il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz organizzat l-ikla tradizzjonali tal-Milied ġewwa lukanda ewlenija, il-Coastline Hotel. Bil-parteċipazzjoni ta’ madwar 80 ruħ, din l-ikla kienet suċċess ferm u kull min attenda żgur ħa pjaċir bl-atmosfera soċjali u familjari li kien hemm, biex ma nsemmux l-ikel bnin li kien hemm f’dan il-buffet. Din l-ikla kienet tista’ tgħid mistennija, wara li s-sena l-oħra ma kinitx saret minħabba li l-Banda San Lawrenz kienet impenjata bil-programmi tagħha ġewwa l-Belġju bħala parti mill-iskambju mużikali u kulturali li ġie organizzat matul is-sena 2011. Il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali diġa` ħejjiet programm intensiv t’attivitajiet simili, u ninsabu ċerti li l-persuni li dejjem ingħaqdu magħna ser ikomplu jagħmlu dan.