Party tal-Milied

Bħal ma jsir kull sena, il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali organizzat għal darb’oħra il-Party tal-Milied ġewwa l-każin bejn il-Milied u l-Ewwel tas-sena, preċiżament nhar l-Erbgħa 28 ta’ Diċembru. Għalkemm l-attendenza ma kinitx daqshekk numeruża bħas-snin ta’ qabel, din is-sena kien wieħed mill-isbaħ parties, speċjalment minħabba l-entertainment li kien hemm, permezz ta’ diversi kantanti, korijiet u fuq kollox Unison Band, li hija Big Bnd magħmula minn strumenti tal-Brass u oħrajn li taw pjaċir lil kull min kien hemm. Ir-ritratti ta’ din l-attivita` jinsabu fis-sezzjoni Gallery ta’ din is-sit.