Nhar Jum San Lawrenz, it-Tlieta 10 t’Awwissu fil-Lukanda Topaz, Buġibba , il-post fejn dan il-grupp kien residenti, nżammet iċ-Ċena uffiċjali fejn għaliha attendew diversi personalitajiet ewlenin fosthom is-Sindku tal-lokal John Boxall u s-Sinjura tiegħu, il-President tal-PRC Daniel Fivez, is-Surmast Paul Schembri u s-Sinjura Schembri kif ukoll is-Surmast Roland De Klippel u s-Sinjura tiegħu. Iċ-ċena li kienet mogħtija mill-President tas-Soċjeta` s-Sur Lawrence V. Farrugia f’isem s-Soċjeta` Mużikali Banda Vittoriosana San Lawrenz laqgħet ukoll numru ta’ partitarji tal-Banda tagħna kif ukoll il-Banda kollha Belġjana. |
Fid-diskorsi li saru kulhadd wera s-sodissfazzjon li dan l-iskambju ġab bejn dawn iż-żewġ soċjetajiet mużikali bil-Banda Belġjana jħarsu ‘l quddiem b’entużjażmu sabiex jirreċiprokaw l-ospitalita` f’Diċembru li ġej matul iż-żjara tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz fil-Belġju.